Artrite, infezzjonijiet gastrointestinali u respiratorji kkawżati minn mikro-organiżmi sensittivi għall-oxytetracycline, bħal Bordetella, Campylobacter, Chlamydia, E. coli, Haemophilus, Mycoplasma, Pasteurella, Rickettsia, Salmonella, Staphylococcus u Streptococcus spp., f'għoġġiela, baqar, mogħoż, nagħaġ u ħnieżer.
Għal amministrazzjoni ġol-muskoli jew taħt il-ġilda:
Annimali adulti: 1 ml għal kull 10 - 20 kg piż tal-ġisem għal 3 - 5 ijiem.
Annimali żgħar: 2 ml għal kull 10 - 20 kg piż tal-ġisem għal 3 - 5 ijiem.
Tagħtix aktar minn 20 ml fil-baqar, aktar minn 10 ml fil-ħnieżer u aktar minn 5 ml fl-għoġġiela, mogħoż u nagħaġ għal kull sit ta' injezzjoni.
Sensittività eċċessiva għat-tetraċiklini.
Amministrazzjoni lil annimali b'funzjoni renali u/jew tal-fwied indebolita serjament.
Għoti fl-istess ħin ta' peniċillini, ċefalosporini, kinoloni u ċikloserina.
Wara amministrazzjoni ġol-muskoli jistgħu jseħħu reazzjonijiet lokali, li jisparixxu fi ftit jiem.
Tibdil fil-kulur tas-snien f'annimali żgħar.
Reazzjonijiet ta' sensittività eċċessiva.
Laħam: 12-il jum.
Ħalib: 5 ijiem.
Aħżen taħt it-30℃. Ipproteġi mid-dawl.