Il-kombinazzjoni ta' trimethoprim u sulfamethoxazole taġixxi b'mod sinerġistiku u ġeneralment batteriċida kontra ħafna batterji Gram-pożittivi u Gram-negattivi bħal E. coli, Haemophilus, Pasteurella, Salmonella, Staphylococcus u Streptococcus spp. Iż-żewġ komposti jaffettwaw is-sintesi tal-purina batterika b'mod differenti, li b'riżultat ta' dan jinkiseb imblokk doppju.
Infezzjonijiet gastrointestinali, respiratorji u tal-apparat urinarju kkawżati minn batterji sensittivi għal trimethoprim u sulfamethoxazole bħal E. coli, Haemophilus, Pasteurella, Salmonella, Staphylococcus u Streptococcus spp. f'għoġġiela, baqar, mogħoż, nagħaġ u ħnieżer.
Sensittività eċċessiva għal trimethoprim u/jew sulfonamidi.
Amministrazzjoni lil annimali b'funzjoni renali u/jew epatika indebolita serjament jew b'diskrasiji tad-demm.
Anemija, lewkopenja u tromboċitopenja.
Għal amministrazzjoni ġol-muskoli: Ġenerali: Darbtejn kuljum 1 ml għal kull 10 - 20 kg piż tal-ġisem għal 3 - 5 ijiem.
- Għal-laħam: 12-il jum.
- Għall-ħalib: 4 ijiem.
Aħżen f'temperatura taħt il-25ºC, f'post frisk u niexef, u ipproteġi mid-dawl.