Il-kombinazzjoni ta' procaine penicillin G u neomycin sulphate taġixxi b'mod addittiv u f'xi każijiet sinerġistiku. Procaine penicillin G hija penicillin ta' spettru żgħir b'azzjoni batteriċida prinċipalment kontra batterji Gram-pożittivi bħal Clostridium, Corynebacterium, Erysipelothrix, Listeria, penicillinase-negative Staphylococcus u Streptococcus spp. Neomycin hija antibijotiku aminoglikosidiku batteriċida ta' spettru wiesa' b'attività partikolari kontra ċerti membri tal-Enterobacteriaceae eż. Escherichia coli.
Għat-trattament ta' infezzjonijiet sistemiċi fil-baqar, għoġġiela, nagħaġ u mogħoż ikkawżati minn jew assoċjati ma' organiżmi sensittivi għall-peniċillina u/jew neomycin inkluż:
Arcanobacterium pyogenes
Erysipelothrix rhusiopathiae
Listeria spp
Mannheimia haemolytica
Staphylococcus spp (li ma jipproduċix peniċillinażi)
Streptococcus spp
Enterobacteriaceae
Escherichia coli
u għall-kontroll ta' infezzjoni batterika sekondarja b'organiżmi sensittivi f'mard primarjament assoċjat ma' infezzjoni virali.
Għal amministrazzjoni ġol-muskoli:
Baqar: 1 ml għal kull 20kg piż tal-ġisem għal 3 ijiem.
Għoġġiela, mogħoż u nagħaġ: 1 ml għal kull 10kg piż tal-ġisem għal 3 ijiem.
Ħawwad sew qabel l-użu u m'għandekx tagħti aktar minn 6 ml fil-baqar u aktar minn 3 ml fl-għoġġiela, mogħoż u nagħaġ għal kull sit ta' injezzjoni. Injezzjonijiet suċċessivi għandhom jingħataw f'siti differenti.
Sensittività eċċessiva għall-peniċillina, prokaina u/jew aminoglikosidi.
Amministrazzjoni lil annimali b'funzjoni renali indebolita serjament.
Amministrazzjoni fl-istess ħin ma' tetracycline, chloramphenicol, macrolides u lincosamides.
Aħżen f'temperatura taħt il-25ºC, f'post frisk u niexef, u ipproteġi mid-dawl.