L-ivermektina tappartjeni għall-grupp ta' avermectins u taġixxi kontra l-ħniex tondi u l-parassiti.
Kura ta' infezzjonijiet gastrointestinali bid-dud tond u bid-dud fil-pulmun, qamel, estrijasi u skabbja fl-għoġġiela, baqar, mogħoż, nagħaġ u ħnieżer.
Dan il-prodott għandu jingħata biss permezz ta' injezzjoni taħt il-ġilda fid-dożaġġ rakkomandat ta' 1 ml għal kull100 kg piż tal-ġisem taħt il-ġilda maħlula quddiem, jew wara, l-ispalla fil-baqar, l-għoġġiela u fl-għonq fin-nagħaġ, il-mogħoż; fil-livell ta' dożaġġ rakkomandat ta' 1 ml għal kull66kg piż tal-ġisem fl-għonq fil-ħnieżer.
L-injezzjoni tista' tingħata b'kull siringa standard awtomatika jew b'doża waħda jew ipodermika. Huwa ssuġġerit l-użu ta' labra ta' daqs 17 x ½ pulzier. Ibdel b'labra sterili ġdida wara kull 10 sa 12-il annimal. L-injezzjoni f'annimali mxarrbin jew maħmuġin mhijiex rakkomandata.
Amministrazzjoni lil annimali li qed ireddgħu.
Ġiet osservata skumdità temporanja f'xi baqar wara amministrazzjoni taħt il-ġilda.Ġiet osservata inċidenza baxxa ta’ nefħa fit-tessut artab fis-sit tal-injezzjoni.
Dawn ir-reazzjonijiet sparixxew mingħajr kura.
Għal-Laħam:
Baqar: 49 jum.
Għoġġiela, mogħoż u nagħaġ: 28 jum.
Ħnieżer: 21 jum.
Aħżen taħt it-30℃. Ipproteġi mid-dawl.