Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet imħallta bil-ħniex tondi u ċ-ċenej li ġejjin fi klieb u ġriewi adulti:
Nematodi
Askaridi: Toxocara canis, Toxascaris leonina (forom immaturi tard u forom maturi)
Hookworms: Uncinaria stenocephala, Ancylostoma caninum (adulti)
Ċestodi
Tapeworms: Taenia spp., Dipylidium caninum.
Għal amministrazzjoni orali.
Dożaġġ:
Ir-rati tad-doża rakkomandati huma: 15 mg/kg piż tal-ġisem febantel, 14.4 mg/kg pyrantelpamoatu 5 mg/kg praziquantel. Dan huwa ekwivalenti għal pillola waħda għal kull 10 kg piż tal-ġisem.
Il-pilloli jistgħu jinqasmu min-nofs/f'erba' biċċiet biex id-dożaġġ ikun preċiż.
Tużax fl-istess ħin ma' komposti tal-piperazine.
Teċċedix id-dożaġġ iddikjarat meta tikkura klieb tqal.
Tużax f'annimali b'sensittività eċċessiva magħrufa għas-sustanza attiva jew għal xi wieħed mill-eċċipjenti.
Mhux għall-użu fi klieb li għandhom inqas minn ġimagħtejn u/jew li jiżnu inqas minn 2 kg.
F'każijiet rari ħafna jistgħu jseħħu ħmieġ maħlul temporanju, dijarea u/jew rimettar.
Mhux applikabbli.
Aħżen taħt it-30℃. Ipproteġi mid-dawl.