Għall-prevenzjoni konkomitanti ta' anemija minn defiċjenza ta' ħadid u l-prevenzjoni ta' sinjali kliniċi ta' kokkidjożi (dijarea) kif ukoll tnaqqis fl-eskrezzjoni ta' ooċisti, fi qżieqeż f'irziezet bi storja kkonfermata ta' kokkidjożi kkawżata minn cystoisospora suis.
Użu ġol-muskoli.
Ħawwad sew (għal 20 sekonda) qabel l-użu.
Id-doża rakkomandata hija ta’ 45 mg ta’ toltrazuril u 200 mg ta’ ħadid għal kull qażquż, jiġifieri, 1.5 ml ta’ dan il-prodott għal kull qażquż, li għandha tingħata darba, f’injezzjoni waħda ġol-muskoli wara l-widna, bejn 24 u 96 siegħa wara t-twelid.
Tużax fi ħnieżer suspettati li qed ibatu minn defiċjenza ta' vitamina E u/jew selenju.
Imwiet ġew irrappurtati rarament ħafna fil-qżieqeż wara l-għoti ta' injezzjonijiet parenterali tal-ħadid. Dawn l-imwiet ġew assoċjati ma' fatturi ġenetiċi jew defiċjenzi ta' vitamina E u/jew selenju.
Ġew irrappurtati mwiet ta’ qżieqeż li ġew attribwiti għal suxxettibilità akbar għall-infezzjoni minħabba imblukkar temporanju tas-sistema retikuloendoteljali.
Laħam u ġewwieni: 70 jum.
Aħżen taħt it-30℃. Ipproteġi mid-dawl.