Infezzjonijiet tal-apparat respiratorju, infezzjonijiet tal-apparat gastrointestinali u infezzjonijiet uroġenitali kkawżati minn mikro-
organiżmi, bħal Campylobacter, Clostridium, Corynebacterium, E. coli, Erysipelothrix, Haemophilus, Pasteurella, Salmonella,
Staphylococcus u Streptococcus spp. negattivi għall-peniċillinażi fil-baqar, għoġġiela, mogħoż, nagħaġ, ħnieżer.
Għal amministrazzjoni ġol-muskoli jew taħt il-ġilda:
Ġenerali: 1 mL għal kull 10 kg piż tal-ġisem, ripetibbli jekk meħtieġ wara 48 siegħa. M'għandekx taqbeż il-5 ijiem ta' kura.
Ħawwad sew qabel l-użu u m'għandekx tagħti aktar minn 20 mL fil-baqar, aktar minn 10 mL fil-ħnieżer u aktar minn 5 mL fl-għoġġiela, nagħaġ u mogħoż għal kull sit ta' injezzjoni.
Reazzjonijiet ta' sensittività eċċessiva.
Għal-laħam u l-interjuri: 21 jum.
Għall-ħalib: 3 ijiem.
Aħżen taħt it-30℃. Ipproteġi mid-dawl.