Huwa indikat għal trattament sintomatiku tad-deni fil-kuntest ta' mard respiratorju u suppliment tal-elettroliti u defiċjenza ta' vitamina Ċ wara deni fil-baqar, nagħaġ, mogħoż u ħnieżer.
Għal amministrazzjoni orali.
Baqar, nagħaġ, mogħoż u ħnieżer: 30 mg ta' paracetamol + 7.5 mg ta' Vitamina Ċ + 7.5 mg ta' Sodium Chloride + 7.5 mg ta' Potassium Chloride għal kull kg ta' piż tal-ġisem kuljum, għal 3-5 ijiem, oralment, ekwivalenti għal 1 g tal-prodott mediċinali veterinarju għal kull 10 kg ta' piż tal-ġisem kuljum għal 3-5 ijiem.
L-ammont meħtieġ tal-prodott mediċinali veterinarju jinħall fl-ilma tax-xorb, jew f'xi sostitut diġà preżenti, u jingħata permezz ta' flixkun jew jitħallat ma' ammont żgħir ta' ikel kuljum.
Tużax f'każijiet ta' sensittività eċċessiva għal paracetamol u vitamina Ċ.
Tużax f'annimali b'indeboliment epatiku sever.
Tużax f'annimali b'indeboliment renali sever.
Tużax f'annimali li jbatu minn deidrazzjoni jew ipovolemija.
Laħam u ġewwieni: żero jiem
Aħżen f'temperatura taħt it-30℃, f'post niexef, u ipproteġi mid-dawl.