SULFAPLUS jipprevjeni u jikkura s-salmonellożi u l-kokċidjożi ċekali, intestinali u epatika fit-tjur (dundjani, papri, fargħuni).
Fl-ilma tax-xorb.
Tjur (dundjani, fargħuni): 1 g għal kull 4 litri ilma, jiġifieri, 100 g għal kull 400 litru jew 1 kg għal kull 4000 litru għal 5 ijiem konsekuttivi. Jew agħti kura għal 3 ijiem segwiti minn 3 ijiem mingħajr kura, imbagħad irrepeti l-kura għal 3 ijiem oħra.
Papri: 100 g għal kull 200 litru għal 5 ijiem konsekuttivi. Jew agħti kura għal 3 ijiem segwiti minn 3 ijiem mingħajr kura, imbagħad irrepeti għal 3 ijiem ta’ kura.
Tużax f'annimali li jbatu minn insuffiċjenza renali.
Fit-tjur, b'mod partikolari għasafar żgħar, ġie osservat tnaqqis fil-konsum tal-ilma u tal-għalf u dewmien fit-tkabbir wara l-għoti tal-prodott.
Laħam: 14-il jum.
Bajd għall-konsum: 12-il jum.
Aħżen f'temperatura taħt it-30°C, f'post niexef u 'l bogħod mix-xemx.