L-ossitetraċiklina tappartjeni għall-grupp ta’ tetraċiklini u taġixxi b’mod batterjostatiku kontra ħafna batterji Gram-pożittivi u Gram-negattivi bħal Bordetella, Bacillus, Corynebacterium, Campylobacter, E. coli, Haemophilus, Pasteurella, Salmonella, Staphylococcus u Streptococcus spp. u Mycoplasma, Rickettsia u Chlamydia spp. Il-mod ta’ azzjoni tal-ossitetraċiklina huwa bbażat fuq l-inibizzjoni tas-sintesi tal-proteini batteriċi. L-ossitetraċiklina tiġi eliminata l-aktar fl-awrina u f’livell inqas fil-bili u fl-annimali li qed ireddgħu fil-ħalib.
Infezzjonijiet gastrointestinali u respiratorji kkawżati minn batterji sensittivi għall-oxytetracycline bħal Bordetella, Bacillus, Corynebacterium, Campylobacter, E. coli, Haemophilus, Pasteurella, Salmonella, Staphylococcus u Streptococcus spp. u Mycoplasma, Rickettsia u Chlamydia spp. f'għoġġiela, mogħoż, tjur, nagħaġ u ħnieżer.
Sensittività eċċessiva għat-tetraċiklini.
Amministrazzjoni lil annimali b'funzjoni renali u/jew epatika indebolita.
Amministrazzjoni fl-istess ħin ta' peniċillini, ċefalosporini, kinoloni u ċikloserina.
Amministrazzjoni lil annimali b'diġestjoni mikrobjali attiva.
Tibdil fil-kulur tas-snien f'annimali żgħar.
Jistgħu jseħħu reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva.
Għal amministrazzjoni orali:
Għoġġiela, mogħoż u nagħaġ: Darbtejn kuljum 1 g għal kull 5 - 10 kg piż tal-ġisem għal 3 - 5 ijiem.
Tjur u ħnieżer: 1 kg għal kull 500 litru ilma tax-xorb għal 3 - 5 ijiem.
Nota: għal għoġġiela, ħrief u gidien pre-ruminanti biss.
Għal-laħam:
Għoġġiela, mogħoż, nagħaġ u ħnieżer: 8 ijiem.
Tjur: 6 ijiem.
Aħżen f'temperatura taħt il-25ºC, f'post frisk u niexef, u ipproteġi mid-dawl.