Doxycycline tappartjeni għall-grupp tat-tetracycline u taġixxi batterjostatikament kontra ħafna batterji Gram-pożittivi u Gran-negattivi bħal Bordetella, Campylobacter, E.coli, Haemophilus, Pasteurella, Salmonella, Staphylococcus u Streptococcus spp. Doxycycline hija attiva wkoll kontra Chlamydia, Mycoplasma u Rickettsia spp. L-azzjoni ta' doxycycline hija bbażata fuq l-inibizzjoni tas-sintesi tal-proteini batteriċi. Doxycycline għandha affinità kbira għall-pulmuni u għalhekk hija speċjalment utli għat-trattament ta' infezzjonijiet respiratorji batteriċi.
Tiġieġ (brojlers):
Prevenzjoni u trattament ta' mard respiratorju kroniku (CRD) u mikoplasmożi kkawżata minn mikro-organiżmi sensittivi għal doxycycline.
Ħnieżer:
Prevenzjoni ta' mard respiratorju kliniku kkawżat minn Pasteurella multocida u Mycoplasma hyopneumoniae sensittivi għal doxycycline.
Il-preżenza tal-marda fil-merħla għandha tiġi stabbilita qabel it-trattament.
Għal użu orali. Tiġieġ (brojlers): 11.5 – 23 mg doxycycline hyclate / kg piż tal-ġisem / kuljum, li jikkorrispondi għal 0.1 – 0.2 ml Doxysol Oral għal kull kg piż tal-ġisem, għal 3-5 ijiem konsekuttivi. Ħnieżer: 11.5 mg doxycycline hyclate/ kg piż tal-ġisem / kuljum, li jikkorrispondi għal 0.1 ml ta' Doxysol Oral għal kull kg piż tal-ġisem, għal 5 ijiem konsekuttivi.
Jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi u ta’ fotosensittività. Il-flora intestinali tista’ tiġi affettwata jekk il-kura tkun fit-tul ħafna, u dan jista’ jirriżulta f’disturb diġestiv.
- Għal-laħam u l-intern:
Tiġieġ (brojlers): 7 ijiem
Ħnieżer: 7 ijiem
- Bajd: Mhux permess għall-użu fi għasafar li jbidu l-bajd għall-konsum mill-bniedem.
Aħżen f'temperatura taħt il-25ºC, f'post frisk u niexef, u ipproteġi mid-dawl.