Diclazuril huwa antikokċidjali tal-grupp tal-benżin aċetonitrile u għandu attività antikokċidjali kontra l-ispeċi Eimeria. Skont l-ispeċi tal-kokċidja, diclazuril għandu effett kokċidjoċidali fuq l-istadji asesswali jew sesswali taċ-ċiklu tal-iżvilupp tal-parassita. It-trattament b'diclazuril jikkawża interruzzjoni taċ-ċiklu kokċidjali u tal-eskrezzjoni tal-ooċisti għal madwar 2 sa 3 ġimgħat wara l-għoti. Dan jippermetti lill-ħrief inaqqsu l-perjodu ta' tnaqqis tal-immunità materna (osservat f'madwar 4 ġimgħat ta' età) u lill-għoġġiela jnaqqsu l-pressjoni tal-infezzjoni tal-ambjent tagħhom.
Għat-trattament u l-prevenzjoni ta' infezzjonijiet kokċidjali fil-ħrief ikkawżati b'mod partikolari mill-ispeċi Eimeria aktar patoġeniċi, Eimeria crandallis u Eimeria ovinoidalis.
Biex jgħin fil-kontroll tal-kokċidjożi fl-għoġġiela kkawżata minn Eimeria bovis u Eimeria zuernii.
Biex jiġi żgurat id-dożaġġ korrett, il-piż tal-ġisem għandu jiġi determinat bl-aktar mod preċiż possibbli.
1 mg diclazuril għal kull kg ta' piż tal-ġisem bħala għoti wieħed.
Soluzzjoni ta' diclazuril ingħatat lill-ħrief bħala doża waħda sa 60 darba d-doża terapewtika. Ma ġew irrappurtati l-ebda effetti kliniċi avversi.
Ma ġew osservati l-ebda effetti avversi lanqas b'5 darbiet id-doża terapewtika mogħtija erba' darbiet konsekuttivi b'intervall ta' 7 ijiem.
Fl-għoġġiela, il-prodott kien tollerat meta ngħata sa ħames darbiet ir-rata tad-doża rakkomandata.
Laħam u ġewwieni:
Ħrief: żero jiem.
Għoġġiela: żero jiem.
Aħżen f'temperatura taħt il-25ºC, f'post frisk u niexef, u ipproteġi mid-dawl.