Ħnieżer: Prevenzjoni u trattament ta’ mard respiratorju kkawżat minn Actinobacillus pleuropneumoniae, Mycoplasma hyopneumoniae, Pasteurella multocida u organiżmi oħra sensittivi għat-tilmicosin.
Fniek: Prevenzjoni u trattament ta' mard respiratorju kkawżat minn Pasteurella multocida u Bordetella bronchiseptica, suxxettibbli għat-tilmicosin.
Ħnieżer: Agħti fl-għalf f'doża ta' 8 sa 16 mg/kg piż tal-ġisem/kuljum ta' tilmicosin (ekwivalenti għal 200 sa 400 ppm fl-għalf) għal perjodu ta' 15 sa 21 jum.
Fniek: Agħti fl-għalf 12.5 mg/kg piż tal-ġisem/kuljum ta' tilmicosin (ekwivalenti għal 200 ppm fl-għalf) għal 7 ijiem.
Iż-żwiemel jew equidae oħra m’għandhomx jingħataw aċċess għal għalf li fih tilmicosin. Żwiemel li jingħataw għalf medikat bit-tilmicosin jistgħu jippreżentaw sinjali ta’ tossiċità b’letarġija, anoressija, tnaqqis fil-konsum tal-għalf, ippurgar maħlul, kolika, nefħa tal-addome u mewt.
Tużax f'każ ta' sensittività eċċessiva għal tilmicosin jew għal xi wieħed mill-eċċipjenti.
F'każijiet rari ħafna, il-konsum tal-għalf jista' jonqos (inkluż rifjut tal-għalf) f'annimali li jirċievu għalf medikat. Dan l-effett huwa temporanju.
Ħnieżer: 21 jum.
Fniek: 4 ijiem.
Aħżen f'temperatura taħt it-30℃, f'post niexef, u ipproteġi mid-dawl.