Il-ġentamiċina tappartjeni għall-grupp ta' aminoglikosidi u taġixxi b'mod batteriċida kontra l-aktar batterji Gram-negattivi bħal E. coli, Klebsiella, Pasteurella u Salmonella spp. L-azzjoni batteriċida hija bbażata fuq l-inibizzjoni tas-sintesi tal-proteini batteriċi.
Infezzjonijiet gastrointestinali u respiratorji kkawżati minn batterji sensittivi għall-ġentamiċina, bħal E. coli, Klebsiella, Pasteurella u Salmonella spp. f'għoġġiela, baqar, mogħoż, nagħaġ u ħnieżer.
Sensittività eċċessiva għal gentamycin.
Amministrazzjoni lil annimali b'funzjoni tal-fwied u/jew tal-kliewi indebolita serjament.
Amministrazzjoni fl-istess ħin ta' sustanzi nefrotossiċi.
Reazzjonijiet ta' sensittività eċċessiva.
Applikazzjoni għolja u fit-tul tista' tirriżulta f'newrotossiċità, ototossiċità jew nefrotossiċità.
Għal amministrazzjoni ġol-muskoli:
Ġenerali: Darbtejn kuljum 1 ml għal kull 8 - 16 kg piż tal-ġisem għal 3 ijiem.
Għall-kliewi: 45 jum.
Għal-laħam: 7 ijiem.
Għall-ħalib: 3 ijiem.
Aħżen f'temperatura taħt il-25ºC, f'post frisk u niexef, u ipproteġi mid-dawl.