Levaphen jintuża għall-prevenzjoni u t-trattament ta’ infestazzjonijiet f’ruminanti żgħar u baqar ikkawżati mid-dud li ġejjin:
•Nematodi gastrointestinali: Trichostrongylus spp, Cooperia spp, Ostertagia ostertagi (ħlief larva inibita), Haemonchus spp,
Nematodirus spp, Bunostomum spp, Oesophagostomum spp;
• Infezzjonijiet qawwija tal-pulmun: Dictyocaulus viviparus.
Għal amministrazzjoni orali.
Bolus wieħed għal kull 40 kg piż tal-ġisem. M'għandekx taqbeż l-10 boluses għal kull baqra u bolus wieħed għal kull nagħġa jew mogħża.
Tagħtix Levaphen lil annimali b'indeboliment renali u/jew epatiku sever.
Tużax f'annimali stressati ħafna jew li mhumiex b'saħħithom.
L-annimali m'għandhomx jiġu ttrattati fi żmien 14-il jum qabel jew wara t-trattament b'komposti organofosforiċi.
Is-sintomi jistgħu jinkludu ipersalivazzjoni, iperestesija u irritabilità, aċċessjonijiet kloniċi, depressjoni tas-sistema nervuża ċentrali, dispnea, defekazzjoni, awrinazzjoni u kollass. L-annimali ġeneralment jirkupraw fi żmien sigħat mill-għoti tal-mediċina.
Laħam: 7 ijiem.
Ħalib: 3 ħlibiet.
Aħżen taħt it-30℃, f'post niexef, 'il bogħod mix-xemx diretta.