Kura ta' infestazzjonijiet mill-parassiti li ġejjin:
Fil-baqar, fin-nagħaġ u fil-mogħoż:
- Nematodi gastrointestinali:
Trichostrongylus spp., Cooperia spp., Ostertagia ostertagi (ħlief larva inibita), Haemonchus spp., Nematodirus spp., Bunostomum spp., Oesophagostomum spp., Chabertia ovina (nagħaġ).
- Strongili tal-pulmun:
Dictyocaulus viviparus.
Fil-ħnieżer:
- Nematodi gastrointestinali:
Ascaris suum, Strongyloides ransomi, Oesophagostomum spp.
- Strongili tal-pulmun:
Metastrongylus spp.
Fil-baqar, nagħaġ, mogħoż u ħnieżer:
1 ml għal kull 10 kg ta' piż tal-ġisem, f'doża waħda taħt il-ġilda.
Biex jiġi żgurat dożaġġ korrett, il-piż ħaj għandu jiġi determinat bl-aktar mod preċiż possibbli.
Tużax f'każ ta' sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi wieħed mill-eċċipjenti.
Dożi eċċessivi jistgħu jikkawżaw ipersalivazzjoni, rimettar, dijarea, polipnea u atassija, rogħda, konvulżjonijiet.
Laħam u ġewwieni: 28 jum.
Dan il-prodott m'għandux jintuża f'baqar, nagħaġ u mogħoż li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.
Aħżen taħt it-30°C. Ipproteġi mid-dawl.