Kura ta' ipokuprożi fil-baqar b'anemija konkorrenti.
Prevenzjoni u trattament ta' defiċjenza tar-ram fin-nagħaġ.
L-għoti jsir permezz ta' injezzjoni ġol-muskoli fil-fond fiż-żona tal-għonq.
Id-dożaġġ u l-frekwenza tat-terapija meħtieġa jiddependu fuq il-kundizzjoni klinika tal-annimal u l-istatus tar-ram, kif evalwat mil-livelli fid-demm u fil-fwied kemm qabel kif ukoll wara t-terapija.
Id-doża rakkomandata hija ta' 20 mg ram għal kull 50 kg piż tal-ġisem.
Baqar: (Adulti): 4 - 6 ml.
Nagħaġ: 2 ml.
Għoġġiela: 1 - 2 ml.
Ħrief: 0.5 ml.
Tużax f'annimali b'sensittività eċċessiva magħrufa għall-ingredjent attiv.
M'għandux jingħata permezz ta' rotta ġol-vini.
L-użu ta' injezzjonijiet parenterali xi kultant jista' jwassal għal reazzjonijiet tossiċi kif ukoll reazzjonijiet tat-tip allerġiku b'distress respiratorju.
Reazzjoni lokali fit-tessut tista’ sseħħ fis-sit tal-injezzjoni fil-baqar, iżda tkun temporanja u tisparixxi f’inqas minn xahar.
Laħam: L-annimali m’għandhomx jinqatlu għall-konsum mill-bniedem fi żmien 21 jum mill-għoti.
Ħalib: Xejn.
Aħżen f'temperatura taħt it-30°C, f'post niexef, u protett mid-dawl.