L-amoxicillin hija peniċillina semisintetika ta' spettru wiesa' b'azzjoni batteriċida kemm kontra batterji Gram-pożittivi kif ukoll Gram-negattivi. L-ispettru tal-amoxicillin jinkludi Campylobacter, Clostridium, Corynebacterium, E. coli, Erysipelothrix, Haemophilus, Pasteurella, Salmonella, Staphylococcus u Streptococcus spp. negattivi għall-peniċillinażi. L-azzjoni batteriċida hija dovuta għall-inibizzjoni tas-sintesi tal-ħajt taċ-ċelluli. L-amoxicillin jiġi eliminat prinċipalment fl-awrina. Parti ewlenija tista' tiġi eliminata wkoll fil-bili.
Infezzjonijiet gastrointestinali, respiratorji u tal-apparat urinarju kkawżati minn mikro-organiżmi sensittivi għall-Amoxicillin, bħal Campylobacter, Clostridium, Corynebacterium, E. coli, Erysipelothrix, Haemophilus, Pasteurella, Salmonella, Staphylococcus u Streptococcus spp. negattivi għall-peniċillinażi fl-għoġġiela, mogħoż, tjur, nagħaġ u ħnieżer.
Sensittività eċċessiva għal Amoxicillin.
Amministrazzjoni lil annimali b'funzjoni renali indebolita serjament.
L-għoti fl-istess ħin ta' tetraċiklini, kloramfenikol, makrolidi u linkosamidi.
Amministrazzjoni lil annimali b'diġestjoni mikrobjali attiva.
Jistgħu jseħħu reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva.
Għal amministrazzjoni orali:
Għoġġiela, mogħoż u nagħaġ: Darbtejn kuljum 10 grammi għal kull 100 kg piż tal-ġisem għal 3 - 5 ijiem.
Tjur u ħnieżer: 2 kg għal kull 1000 - 2000 litru ilma tax-xorb għal 3 - 5 ijiem.
Nota: għal għoġġiela, ħrief u gidien pre-ruminanti biss.
Għal-laħam:
Għoġġiela, mogħoż, nagħaġ u ħnieżer: 8 ijiem.
Tjur: 3 ijiem.
Aħżen f'temperatura taħt il-25ºC, f'post frisk u niexef, u ipproteġi mid-dawl.