Baqar:
Kura u metafilassi ta' marda respiratorja bovina (BRD) assoċjata ma' Mannheimia haemolytica, Pasteurella multocida, Histophilus somni u Mycoplasma bovis suxxettibbli għal tulathromycin.
Ħnieżer:
Kura u metafilassi tal-marda respiratorja tal-ħnieżer (SRD) assoċjata ma' Actinobacillus pleuropneumoniae, Pasteurella multocida, Mycoplasma hyopneumoniae, Haemophilus parasuis u Bordetella bronchiseptica suxxettibbli għat-tulathromycin.
Nagħaġ:
Kura tal-istadji bikrija tal-pododermatite infettiva (foot rot) assoċjata ma' Dichelobacter nodosus virulenti li teħtieġ kura sistemika.
Tużax f'każijiet ta' sensittività eċċessiva għal antibijotiċi makrolidi jew għal xi wieħed mill-eċċipjenti.
Tużax fl-istess ħin ma' makrolidi jew lincosamides oħra.
Baqar:
Użu taħt il-ġilda.
2.5 mg tulathromycin/kg piż tal-ġisem (ekwivalenti għal 1ml/40 kg piż tal-ġisem).
Nagħaġ u Ħnieżer:
Użu ġol-muskoli.
2.5 mg tulathromycin/kg piż tal-ġisem (ekwivalenti għal 1 ml/40 kg piż tal-ġisem).
Baqar (laħam u ġewwieni): 22 jum.
Ħnieżer (laħam u ġewwieni): 13-il jum.
Nagħaġ (laħam u ġewwieni): 16-il jum.
Aħżen f'temperatura taħt it-30°C, f'post niexef, u protett mid-dawl.