Is-sulfadimidine ġeneralment jaġixxi b'mod batteriċida kontra ħafna mikro-organiżmi Gram-pożittivi u Gram-negattivi, bħal Corynebacterium, E. coli, Fusobacterium necrophorum, Pasteurella, Salmonella u Streptococcus spp. Is-sulfadimidine jaffettwa s-sintesi tal-purina batterika, li b'riżultat ta' dan jinkiseb imblokk.
Infezzjonijiet gastrointestinali, respiratorji u uroġenitali, mastite u panaritium ikkawżati minn mikro-organiżmi sensittivi għas-sulfadimidine, bħal Corynebacterium, E. coli, Fusobacterium necrophorum, Pasteurella, Salmonella u Streptococcus spp. f'għoġġiela, baqar, mogħoż, nagħaġ u ħnieżer.
Sensittività eċċessiva għas-sulfonamidi.
Amministrazzjoni lil annimali b'funzjoni renali u/jew tal-fwied indebolita serjament jew b'diskrasiji tad-demm.
Reazzjonijiet ta' sensittività eċċessiva.
Tużax flimkien mal-ħadid u metalli oħra
Għal amministrazzjoni taħt il-ġilda u ġol-muskoli:
Ġenerali: 3 - 6 ml għal kull 10 kg piż tal-ġisem fl-ewwel jum, segwit minn 3 ml għal kull 10 kg piż tal-ġisem fil-2 - 5 ijiem ta' wara.
- Għal-laħam: 10 ijiem.
- Għal-laħam: 4 ijiem.
Kunjett ta' 100 ml.