Kull ml fih:
Fenilbutażon..................................................................................................................200 mg
Eċċipjenti (ad.)..........................................................................................................................1 ml
(Peri-)artrite, bursite, mijosite, newrite, tendinite u tendovaginitis.
Trauma fit-twelid, impotentia coeundi tal-barri, korrimenti fil-muskoli u korrimenti bl-uġigħ bħal kontużjonijiet, distorsjonijiet, emorraġiji u lussazzjonijiet fiż-żwiemel, baqar, mogħoż, nagħaġ, ħnieżer u klieb.
Għal amministrazzjoni ġol-muskoli jew amministrazzjoni bil-mod ġol-vini.
Żwiemel: 1-2 ml għal kull 100kg piż tal-ġisem.
Baqar, mogħoż, nagħaġ u ħnieżer: 1.25-2.5 ml għal kull 100kg piż tal-ġisem.
Klieb: 0.5ml-1ml għal kull 10kg piż tal-ġisem.
L-indiċi terapewtiku ta' phenylbutazone huwa baxx. M'għandekx taqbeż id-doża indikata jew it-tul tat-trattament.
Tagħtix flimkien ma' aġenti anti-infjammatorji mhux sterojdi oħra fl-istess ħin jew fi żmien 24 siegħa minn xulxin.
Tużax f'annimali li jbatu minn mard kardijaku, epatiku jew renali; fejn hemm il-possibbiltà ta' ulċerazzjoni jew fsada gastrointestinali; fejn hemm evidenza ta' diskrażija tad-demm jew ta' sensittività eċċessiva għall-prodott.
Mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi jistgħu jikkawżaw inibizzjoni tal-fagoċitożi u għalhekk fit-trattament ta' kundizzjonijiet infjammatorji assoċjati ma' infezzjoni batterika, għandha tinbeda terapija antimikrobika fl-istess ħin xierqa.
Hemm riskju ta’ irritazzjoni jekk l-injezzjoni tiġi inokulata aċċidentalment taħt il-ġilda waqt l-għoti ġol-vini.
Rarament, ġie rrappurtat kollass wara injezzjoni ġol-vini. Il-prodott għandu jiġi injettat bil-mod fuq perjodu twil kemm jista' jkun raġonevolment prattiku. Mal-ewwel sinjali ta' intolleranza, l-għoti tal-injezzjoni għandu jiġi interrott.
Għal-laħam: 12-il jum.
Għall-ħalib: 4 ijiem.
Aħżen taħt il-25℃. Ipproteġi mid-dawl.