Artrite, mastite u infezzjonijiet gastrointestinali, respiratorji u tal-apparat urinarju kkawżati mill-peniċillina u
mikro-organiżmi sensittivi għad-dihydrostreptomycin, bħal Campylobacter, Clostridium, Corynebacterium, E. coli, Erysipelothrix, Haemophilus, Klebsiella, Listeria, Pasteurella, Salmonella, Staphylococcus u Streptococcus spp.
Għal amministrazzjoni ġol-muskoli: Ġenerali: 1 ml għal kull 10 kg piż tal-ġisem kull 72 siegħa. Meta rakkomandat minn opinjoni professjonali, jista' jingħata kull 48 siegħa. Ħawwad sew qabel l-użu u m'għandekx tagħti aktar minn 20 ml fil-baqar, aktar minn 10 ml fil-ħnieżer u aktar minn 5 ml fl-għoġġiela, nagħaġ u mogħoż għal kull sit ta' injezzjoni.
Sensittività eċċessiva għall-peniċillina, prokaina u/jew aminoglikosidi.
Amministrazzjoni lil annimali b'funzjoni renali indebolita serjament.
L-għoti fl-istess ħin ta' tetraċiklini, kloramfenikol, makrolidi u linkosamidi.
L-għoti ta' dożi terapewtiċi ta' peniċillina G procaine jista' jirriżulta f'abort fil-ħnieżer nisa. Ototossiċità, newrotossiċità jew nefrotossiċità. Reazzjonijiet ta' sensittività eċċessiva.
Għall-kliewi: 45 jum.
Għal-laħam: 30 jum.
Għall-ħalib: 5 ijiem.
Aħżen taħt it-30℃. Ipproteġi mid-dawl.