Coli-2400 huwa indikat għal infezzjonijiet gastrointestinali kkawżati minn mikro-organiżmi sensittivi għall-colistin bħal E. coli, Haemophilus u Salmonella spp. fl-għoġġiela, mogħoż, nagħaġ, tjur u ħnieżer.
Għal amministrazzjoni orali:
Għoġġiela, mogħoż u nagħaġ: Darbtejn kuljum 1 ml għal kull 40 kg piż tal-ġisem għal 5-7 ijiem.
Tjur u ħnieżer: litru wieħed għal kull 2000-4000 litru ilma tax-xorb għal 5-7 ijiem.
Għandu jitħejja biss ilma tax-xorb medikat suffiċjenti biex ikopri l-ħtiġijiet ta' kuljum.
L-ilma tax-xorb medikat għandu jiġi mibdul kull 24 siegħa.
Nota: għal għoġġiela, ħrief u gidien pre-ruminanti biss.
Każijiet ta’ sensittività eċċessiva għal colistin jew għal xi wieħed mill-eċċipjenti.
Amministrazzjoni lil annimali b'funzjonijiet renali indeboliti serjament jew b'diġestjoni mikrobjali attiva.
Amministrazzjoni f'dożi subterapewtiċi jew f'każijiet ta' reżistenza għall-colistin.
Jistgħu jidhru alterazzjonijiet diġestivi, bħal disbjożi intestinali, akkumulazzjoni ta’ gassijiet jew dijarea ħafifa. Dożi eċċessivi jistgħu jirriżultaw f’insuffiċjenza renali.
Għal-laħam: 7 ijiem.
Aħżen taħt it-30℃, ipproteġi mid-dawl.