Colistin huwa antibijotiku mill-grupp ta' polymyxins b'azzjoni batteriċida kontra batterji Gram-negattivi bħal E. coli, Haemophilus u Salmonella. Peress li colistin jiġi assorbit għal parti żgħira ħafna wara l-għoti orali, l-indikazzjonijiet gastrointestinali biss huma rilevanti.
Infezzjonijiet gastrointestinali kkawżati minn batterji sensittivi għall-colistin, bħal E. coli, Haemophilus u Salmonella spp. fl-għoġġiela, mogħoż, tjur, nagħaġ u ħnieżer.
Sensittività eċċessiva għall-colistin.
Amministrazzjoni lil annimali b'funzjoni renali indebolita serjament.
Amministrazzjoni lil annimali b'diġestjoni mikrobjali attiva.
Jista' jkun hemm disfunzjoni renali, newrotossiċità u imblokk newromuskolari.
Għal amministrazzjoni orali:
Għoġġiela, mogħoż u nagħaġ: Darbtejn kuljum 2 g għal kull 100 kg piż tal-ġisem għal 5 - 7 ijiem.
Tjur u ħnieżer: 1 kg għal kull 400 - 800 litru ilma tax-xorb jew 200 - 500 kg għalf għal 5 - 7 ijiem.
Nota: għal għoġġiela, ħrief u gidien pre-ruminanti biss.
Għal-laħam: 7 ijiem.
Aħżen f'temperatura taħt il-25ºC, f'post frisk u niexef, u ipproteġi mid-dawl.