Bħala trattament ta' appoġġ għal disturbi metaboliċi jew riproduttivi, meta jkun hemm bżonn ta' supplimentazzjoni ta' fosfru u Vitamina B12.
F'każ ta' disturbi metaboliċi waqt it-twelid, tetanija u paresi (deni tal-ħalib), il-prodott għandu jingħata flimkien mal-manjeżju u l-kalċju, rispettivament.
Baqar, għoġġiela, żwiemel, frieħ: għal użu ġol-vini (iv).
Klieb, qtates: għal użu ġol-vini (iv), ġol-muskoli (im), taħt il-ġilda (sc).
Doża:
Żwiemel: 0.02-0.05 ml/kg, Frieħ: 0.033-0.056 ml/kg, Baqar: 0.02-0.05 ml/kg, Għoġġiela: 0.033-0.056 ml/kg, Klieb: 0.025-0.25 ml/kg, Qtates: 0.1-0.5 ml/kg.
Irrepeti darba kuljum jekk meħtieġ.
Tużax f'każijiet ta' sensittività eċċessiva magħrufa għas-sustanzi attivi jew għal xi wieħed mill-eċċipjenti.
Mhux meħtieġ.
Aħżen taħt it-30℃. Ipproteġi mid-dawl.