Il-prodott huwa indikat fit-trattament ta' infezzjonijiet fis-sistemi gastrointestinali, bronkopulmonari, urinarji u tal-ġilda minħabba mikro-organiżmi Gram-pożittivi u Gram-negattivi sensittivi għall-assoċjazzjoni amoxicillin-colistin.
Tagħtix f'każijiet ta' sensittività eċċessiva għal amoxicillin jew għal colistin.
Is-sospensjoni għall-injezzjoni ta' LH-AMOXICOL COLIMOX hija kontraindikata f'annimali affettwati minn mard renali ta' natura deġenerattiva.
F'każijiet rari huma possibbli reazzjonijiet allerġiċi.
Uġigħ u ebusija tas-sit tal-injezzjoni huma possibbli.
Ħawwad il-flixkun sew qabel l-użu.
Baqar, nagħaġ, mogħoż, żwiemel: 1 ml/10 kg piż tal-ġisem kuljum (ekwivalenti għal 10 mg/kg piż tal-ġisem ta' amoxicillin u 25000 IU/kg piż tal-ġisem ta' colistin sulfate kuljum).
Amministra darba jew darbtejn kuljum permezz tar-rotta ġol-muskoli fil-fond.
Baqar, nagħaġ, mogħoż żwiemel
Laħam: 28 jum.
Mhux permess għall-użu fiż-żwiemel li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.
Tagħtix lil annimali li qed ireddgħu li l-ħalib jew id-derivattivi tagħhom huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem.
24xhur.
Aħżen taħt it-30℃. Ipproteġi mid-dawl.